Coronavirus Lokali

Erbat ijiem mingħajr każi ġodda

Għal jum ieħor, f’pajjiżna ma kien reġistrat ebda każ ġdid ta’ Covid-19.

Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm każ wieħed ta’ persuna li fieq. Dan ifisser li fadal biss 21 każ attiv.

Mil-lum tintemm uffiċjalment l-Emerġenza tas-Saħħa Pubblika f’pajjiżna. F’dan il-perijodu f’Malta kellna b’kollox 670 każ ta’ persuni li ttestjaw pożittivi għal din il-marda, u 9 fatalitajiet.