Lokali Parlament

Għandu jkun assigurat l-ogħla livelli ta’ servizzi mediċi

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-parlament irid jassigura l-aqwa servizzi tas-saħħa fil-pajjiż u li dawn is-servizzi jkunu regolati bi kwalità.

Id-deputat Nazzjonalista qal fil-parlament li Malta qed titpoġġa fuq livelli Ewropej b’uniformità bejn il-pajjiżi waħda li għandhom jassiguraw l-istess trattament u servizzi b’teknoloġija avvanzata. Barra mill-Ewropa hemm diversi pajjiżi li joffri servizzi iżda Malta għandha tassigura li dawn is-servizzi wkoll ikunu ta’ kwalità.

Stephen Spiteri qal li jkun ħażin jekk kulħadd jemmen li l-CIVID 19 issa m’għadux riskju minħabba t-tieni mewġa. Għalhekk irid ikun assigurat li jkun hemm ilbies protettiv għal dawk li jaħdmu fil-kura primarja u dik sekondarja. Minbarra l-ħaddiema jridu jkunu protetti wkoll il-persuni viċin dawn il-mediċi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ittestjar għandu jkun uniformi biex ikun hemm il-kwalità meħtieġa. Il-livelli fl-isptarjiet pubbliċi, inkun fl-isptar għas-saħħa mentali, għandhom ikunu ta’ kwalità u jeħtieġ ikun hemm direzzjoni biex il-pazjenti u l-familjari tagħhom jkollhom il-ħarsien meħtieġ.

Stephen Spiteri sellem lil dawk kollha li jaħdmu viċin il-pazjenti għall-ħidma kbria li jwettqu kemm fl-isptarijiet kif ukoll fil-komunità. Għalhekk jeħtieġ l-ogħla livelli ta’ servizzi biex il-pazjenti kollha jkunu integrati fis-soċjetà.

Hu tkellem dwar l-isptarjiet li l-gvern biegħ lill-privat lill-Vitals, Steward u l-operatur il-ġdid li għadu mhux magħruf. Id-deputat Nazzjonalista kompla li dawn l-isptarijiet ukoll jaqgħu taħt ir-regola biex fihom ukoll ikun assigurat li jkun hemm l-ogħla livelli mediċi. F’Għawdex l-uniku sptar inbiegħ lill-privat iżda xorta jrid ikun assigurat li l-pazjenti jkollhom l-aqwa servizzi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Awtorità dwar il-mediċini għandha impenn biex tassigura dawn is-servizzi; fl-isptarijiet kollha kollha. Stephen Spiteri kompla li l-privatizzazzjoni tal-isptarijiet kienet falliment.

Stephen Spiteri kompla li l-IVF ma kien regolat fil-pajjiż iżd llum il-qasm tas-saħħa hu wieħed li jassigura l-aqwa servizzi tas-saħħa biex is-saħħa ta’ kulħadd, inkluż tal-embrijun ikunu assigurati.