Lokali Parlament

Id-diskriminazzjoni kontra l-persuni b’diżabbiltà trid tieqaf

Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal fil-parlament li għad hemm diskriminazzjoni mal-persuni b’diżabbiltà u kkundanna wkoll l-attakki li saru fuq it-tfalja Martha Attard fuq il-media soċjali; liema tfajla kienet addotta f’Malta, trabbiet Malta u hi Maltija.

Din hi diskriminazzjoni kerha li m’għandhiex tirrepeti ruħha minħabba li tfal dawn jistħoqqilhom l-għajnuna l-aċċettazzjoni u l-appoġġ tas-soċjetà.

Il-persuni b’diżabbiltà kienu u għadhom jgħaddu minn esperjenzi simili, sostna Kevin Cutajar, li kompla li jkun inutli li jingħataw ċertu spjegi jekk il-persuni b’diżabbiltà ma jingħatax it-taħriġ speċifiku meħtieġ.

Mhux aċċettabbli li kienu qed jingħataw il-pariri biex min għandu diżabbiltà jibqa’ ġewwa u allura ma jkunx jista’ jintegra fis-soċjetà.