Internazzjonali

Il-belt ta’ Leicester tqum f’lockdown

Il-belt Ingliża ta’ Leicester sebħet għall-ewwel ġurnata f’lockdown wara li fl-aħħar jiem kien hemm spike fil-każi ta’ Covid-19. Apparti l-belt innifisha, il-lockdown se jkun estiż għal villaġġi oħra bħal Birstall u Glenfield.

Il-Kunsill tal-Leicester diġa’ għalaq il-ħwienet li mhumiex essenzjali. Anke l-iskejjel se jkunu magħluqa minn nhar il-Ħamis.

Fil-bqija tal-Ingilterra, mis-Sibt se jerġgħu jiftħu il-hairdressers, ir-ristoranti u anke l-pubs.