Lokali

Il-gvern qed ifalli quddiem l-obeżità

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-gevrn baqa’ ma implimentax proposti tal-PN kiex jiġġieled l-obeżità u qed ifalli quddiem din il-ġlieda importanti għall-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti.

Fil-parlament Robert Cutajar qal li l-obeżità ilha tkisser numru ta’ familji b’imwiet u sostna li l-PN ta l-għodda lill-gvern fl-2016 iżda Malta tinsab fil-quċċata ta’ din il-problema.

Hi Malta biss agħar mill-Ingilterra fl-obeżità, sostna Robert Cutajar, li kompla li l-kumitat konsultattiv iltaqa’ 30 darba iżda ma rnexxielux jgħaddi avviżi legali li diġà mgħodija lill-gvern biex tkun miġġielda din il-pjaga li kissret il-pajjiż minħabba l-mard li qed tikkaġuna. L-ispiża hi ta’ €100 miljun li l-gvern qed iħallas minħabba dawn il-kundizzjonijiet. Minkejja dan, il-gvern m’għamel xejn.

Il-PN kien ippropona li jsiru avviżi legali biex dak li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jemmnu fih fil-fatt jtiwettaq. Dan kien approvat ukoll mid-WHO li qalet li l-abbozz tal-PN li għandu jkun ikkunsidrat mudell.

L-ewwel avviż legali kien jitratta n-nisa u x-xebbiet li qed jistennew tarbija u l-importanza li jkunu involuti f’kampanja ta’ għarfien u kultura differenti dwar l-aqwa ikel li dawn jieklu meta jkunu tqal. Dan l-avviż legali ma kienx imdaħħal mill-gvern.

Il-PN kien ippropona avviż legali dwar edukazzjoni fiżika biex kull skola twettaq din l-edukazzjoni b’numru ta’ siegħat kuljum. Sal-lum għad hemm tfal li għandhom biss darba jew darbtejn lezzjonijiet ta’ edukazzjoni fiżika. It-tfal Maltin huma l-aktar tfal obeżi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN qed jipproponi wkoll li jkun hemm funtani tal-ilma fl-iskejjel kollha għaliex illum hemm biss ħames skejjel li għandhom dawn il-funtani. Irid ikun ikkunsidrat li hemm numru ta’ tfal li jitilqu ta’ tfal bi fliexken tal-ilma jew xorb ieħor għal waqt l-iskejjel. Dawn il-funtani tal-ilma jistgħu jnaqqsu l-inkonvinjent għat-tfal.

Robert Cutajar tkellem dwar it-tip ta’ ikel li jinbiegħ mill-iskejjel u qal li l-kunsilli lokali għandhom rwol importanti x’jaqdu f’dan is-settur. Għandu jkun hemm kunsillier li jkun qed jiffoka fuq l-istil ta’ ħajja sana. Il-kunsilli lokali għandu jkollhom il-fondi pubbliċi biex jagħmlu gyms fil-miftuħ kif kien sar fi żmien gvern Nazzjonalista.

Il-gvern qed ifalli fil-ġlieda kontra l-obeżità, sostna Robert Cutajar, li semma’ l-anzjani u qal li l-proposti tal-PN jaħsbu wkoll biex ikun hemm inzijattivi li jnaqqsu l-mard fis-soċjetà kollha.

Illum għad hawn djar għall-anzjani fejn l-anzjani jingħataw ikel li ma jagħmilx ġid lis-saħħa tal-anzjani; anki hawn il-PN għamel il-proposti meħtieġa. Il-PN se jipproponi li dak li ma twettaq fl-abbozz tal-2016 issa jdidaħħal f’din il-liġi; l-Oppożizzjoni lesta tagħti l-appoġġ meħtieġ. Bejn Settembru u Ottubru l-PN se jorganizza konferenza nazzjonali dwar l-ikel san.