Ekonomija Lokali

Il-qgħad f’Mejju jitla’ għal 11,423

Żieda sinifikanti fil-qgħad fost in-nisa

Iċ-ċifri uffiċjali tal-NSO għax-xahar ta’ Mejju juru li l-qgħad f’pajjiżna kompla jiżdied, u issa l-persuni bla xogħol jammontaw għal 11,423.

Ir-rata tal-qgħad f’Mejju kienet ta’ 4.2 fil-mija; qabża konsiderevoli meta wieħed jiftakar li sas-sena ta’ qabel ir-rata tan-nies bla xogħol kienet fil-livell ta’ 3.4 fil-mija. Sinifikanti l-fatt li fuq sena, l-akbar żieda fil-qgħad kienet fost in-nisa.

Bla dubju ta’ xejn li l-effetti tal-pandemija ħallew marka sinifikanti fuq dawn in-numri, hekk kif pajjiżna ħass sew id-daqqa ekonomika tal-Covid-19.

Iċ-ċifri tal-NSO juru li f’Mejju kien hemm 3,664 żagħżugħ li jinsab bla xogħol.