Lokali Parlament

Insistenza biex l-isptarijiet jerġgħu jsiru tal-Maltin

Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li l-aqwa apprezzament għall-ħidma li wettqu l-operaturi fis-settur tas-saħħa fl-aħħar xhur tal-COVID-19 hu billi l-isptarijiet jittieħdu mingħand il-kumpaniji privati u jergħu isiru tal-Maltn.

Fil-parlament Claudio Grech sostna li dan is-settur hu mimli persuni li lesti jagħtu kollox biex jagħtu lill-pajjiż servizz mill-aqwa fl-aktar mument riskjuż għalihom u ta’ importanza kbria għall-pajjiż. Dan il-pajjiż għandu juri l-apprezzament b’azzjonijiet li juru dan iżda hemm ukoll apprezzament għal dawk li ħadmu f’setturi oħra fosthom il-forzi tal-ordni u tat-tindif ġenerali.

I-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-isptarijiet u qal li l-PN ressaq mozzjoni fil-parlament b’rabta mat-tliet sptarijiet pirvatizzati; dakinahr il-gvern kien qal li qed diżgwid s-sitwazzjoni u jara kif dan se tkun riżolta iżda ma riedx jiddiskutiha issa minħabba l-COVID-19. Minkejja li l-parti l-kbir tal-COVID-19, il-gevrn għadu ma qal xejn dwar din is-sitwazzjoni.

Fl-aħħar xhur il-pajjiż kellu bżinn is-settur tas-saħħa, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern hu obbligat li jgħid lill-poplu kif se jieħu l-isptarjiet lura f’idejh. Din il-privatizzazzjoni wasslet għal waħda mill-ikbar problemi fis-settur tas-saħħa.

Fl-2015 ħareġs ejaħ biex jipprivatizza l-isptarijiet minkejja li din ma kienitx wiegħda elettorali Laburista. Il-kuntratti kienu ta’ iktar minn €2 biljuni, is-sejħa damet miftuaħ biss seba’ ġimgħat biss u meta waslu l-proposti sar bord li kien kompost mill-ex ministru Konard Mizzi li għamel rapport qasir ta’ evalwazzjoni li jgħid li l-esperti qed jagħżlu lil Vitals li ma kellhom l-ebda esperjenza f’dan is-settur.

Jirriżulta li s-sidien aħħarin tal-Vitals lanqas biss kienu magħrufa. Fin-nofs kien hemm kumpanija reġistrata fil-British Virgin Islands; li għadu mhux magħruf għaliex ingħażel dan il-pajjiż. Din kienet kumpanija li fiha ma kien hemm xejn iżda l-gvern se jħallasha €2 biljuni.

Ma saret l-ebda due diligence fuq din il-kumpanija u lanqas saret verifika ta’ dak li kien se jiffinanzaw bih. Kienet Daphne Caruana Galizia li kienet kisbet dawn id-dettalji u ippubblikathom; Daphne kellha raġun.

L-iktar sinfikanti kien li meta l-bord tal-evalwazzjoni għamel l-analii tieħgu ta’ Vitals kienu qalu li se jinvestu €179 miljun. Vitals kienu qalu wkoll li l-ispiża għall-gvern se tkun inqas minn dik li hi llum. Il-verità hi li l-gvern qed jonfoq ħafna iktar minn qabel. Vitals qalu li 43% tad-dħul tagħhom se jġibuh mit-turiżmu mediku.

Dawk il-kundizzjonijiet li fuqhom Vitals ingħataw il-konċessjoni ma nżammx; dan jirriżulta mill-istess kontijiet finanzjarji tal-kumpanija sas-sena 2017. Il-kumpnija kellha tinvesti €179 miljun iżda l-fatti huma li ma sar l-ebda investiment. Il-kumpanija naqset li tinvesti €41 miljun minn flusha u li għandha tagħti iktar milli għadha tieħu.

Claudio Grech kompla li l-gvern ta din il-konċessjoni lil Vitals li ma żammew l-ebda obbligu tagħhom u sostna li mill-kabinet kollu l-gvern qababd lill-Ministru tat-Turiżmu biex jinnegozja kif jista’ jinidirzza s-sitwazzjoni.

Il-kabinet tal-gvern approva li jneħħi performace bond ta’ miljuni u qallhom li jekk huma jkollhom sitwazzjoni fejn ikunu qed jiksru l-kuntratt mal-gvern, il-gvern itiehom €100 miljun u jkorpilhom id-dejn li għandhom.

Hu appella lill-gvern biex bħala pajjiż jirrikonoxxi li dan il-proġett falla u li ma kiex fl-interess pubbliku biex dawn l-isptarijiet jerġgħu jittieħdu lura imma mhux billi l-poplu jħallas €100 miljun jew billi jieħu d-djun tal-kumpaniji. Il-PN se jibqa’ jinsisti fuq il-kwistjoni għaliex din mhi aċċettabbli, sostna Claudio Grech, li kompla li jista’ jiġi żmien fejn il-pajjiż ikollu l-isptarijiet b’mod vitali. Hu fakkar li l-gvern kien wasal biex jibni sptar pri-fakkribat minħabba li ma kienx hemm spazji biżżejjed fl-isptarijiet