Il-Partit Nazzjonalista qed itenni l-appell għall-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi kollu fit-tieni jum tal-Maratona Ġbir ta’ Fondi fid-Dar Ċentrali.
Wara li fl-ewwel jum tal-Maratona, il-Partit Nazzjonalista fakkar it-38 sena mill-avvenimenti tal-Imnarja, f’dan it-tieni jum qed jitfakkar il-50 anniversarju tal-ġurnal In-Nazzjon. Dan qed isir permezz ta’ edizzjoni specjali tal-programm NET Live, imxandra b’mod simultanju anke fuq NET FM.
Mistiedna matul din ix-xandira kien hemm ħafna mill-eks Edituri tal-ġurnal, eks haddiema u anke impjegati attwali. Ma jonqsux għadd ta’ features interessanti u anke intervisti mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u mal-Uffiċjali tal-Partit.
Waqt l-introduzzjoni tat-tieni sessjoni tal-Maratona, il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit Robert Arrigo qal li l-mira finanzjarja tat-tmexxija hi qrib li tintlaħaq. Għalkemm irrikonoxxa li għad fadal xi jsir.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech qal li t-twelid ta’ In-Nazzjon mela l-vojt li kien hawn fil-media. It-tmexxija dejjem rat kif tuża’ l-mezzi tal-mument ħalli l-ġurnal jimxxi ‘l quddiem.
Hu tenna l-appell biex jibqgħu jintbagħtu d-donazzjonijiet għax, flimkien mar-reklami, dawn huma l-uniċi mezz ta’ dħul għall-media tal-Partit.
Fi tmiem l-ewwel jum tal-maratona kienu diga’ nġabru 253,890 ewro.
//= $special ?>