Lokali Parlament

Jason Azzopardi jibqa’ jsostni li Joseph Muscat sejjaħ elezzjoni bikrija għax kien jaf li se tinqatel Daphne

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi baqa’ jsostni li Joseph Muscat kien jaf li se tinqatel Daphne Caruana Galizia u għalhekk sejjaħ elezzjoni bikrija fl-2017.

Fil-parlament llum Jason Azzopardi ddikjara li ma kienx se jirtira d-dikjarazzjonijiet li kien għamel u li għalhekk għandu jitlaqqa’ l-Kumitat Parlamentari għall-Privileġġi biex hu jkun jista’ jsostni d-dikjarazzjoni tiegħu.

Din id-dikjarazzjoni Jason Azzopardi għamilha wara li l-Ispeaker Anġlu Farrugia ta ruling mitlub mill-ex Prim Ministru Muscat fejn kien oġġezzjona għal diskors li Jason Azzopardi kien għamel f’aġġornament fil-parlament. f

Huwa kien qal li r-raġuni li Muscat kien sejjaħ elezzjoni bikrija fl-2017 ma kienitx minħabba Egrant iżda minħabba li Muscat kien sar jaf li ken hemm pjan biex tinqatel Daphne Caruana Galizia u għalhekk iddeċieda li jsejjaħ elezzjoni bikrija.

Joseph Muscat kien ċaħad id-diskors ta’ Jason Azzopardi. L-Ispeaker f’ruling qal li dak li sostna Jason Azzopardi jammonta għal ksur ta’ privileġġ. Hu stieden lil Jason Azzopardi biex jirtira il-kliem f’dan il-kuntest.

Jason Azzopardi qal li huwa nmhux se jirtira dak id-diskors li qal u stieden lill-gvern biex ilaqqa l-kumitat dwar il-privileġġi biex ikun stabbilita l-verità.