Lokali

Mara tweġġa’ wara li nqalbet bil-karozza fis-Siġġiewi

Mara ta’ 61 sena mill-Kalkara sofriet xi feriti wara li nqalbet bil-karozza b’kollox fis-Siġġiewi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.10pm fin-Niżla tal-Girgenti, fejn jirriżulta li l-mara kienet qed issuq il-karozza tat-tip Volkswagen. Għal xi raġuni, hi tilfet il-kontroll tal-karozza, li nqalbet għal fuq is-saqaf.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn il-kundizzjoni ta’ saħħitha s’issa għadha mhux magħrufa. Madankollu, il-kundizzjoni tagħha mhix waħda kritika.