Sport Sport Ieħor

Matthew Magro u Sue Abela rebbieħa tal-MTBA Memorial

Matthew Magro u Sue Abela rebħu l-kategoriji tal-irġiel u n-nisa rispettivament fit-tournament MTBA Memorial 2020 b’tifkira ta’ Silvio Anastasi u Sammy Borg. Magro li għad għandu 18-il sena, żamm l-ewwel post b’serje b’saħħitha ta’ 1307 u medja ta’ 217.8 biex għeleb liż-żagħżugħ ta’ 15-il sena Nicholas Muscat b’disa’ pin biss.

B’kollox ħadu sehem 23 parteċipant fil-kategorija tal-irġiel. Mark Spiteri spiċċa fit-tielet post segwit mill-qrib minn Neil Sullivan, Mauro Anastasi, Rankin Camilleri. Iż-żagħżugħ ta’ 13-il sena Chris Fenech spiċċa fis-seba’ post, 72 pin wara Magro.

Fil-kategorija tan-nisa, Sue Abela ddominat prattikament mill-bidu sal-aħħar. Dan minħabba li kienet l-uniku waħda mit-12-il kompetitriċi femminili li lagħbet b’medja ta’ aktar minn 200 punt. Cynthia Duca u Liliana Spiteri temmew it-tieni u t-tielet post. Spiteri spiċċat indaqs ma’ Tiziana Carannante iżda spiċċat qabilha minħabba li kellha l-ogħla punteġġ fl-aħħar logħba.


Il-premijiet ġew ippreżentati mill-President tal-MTBA Paul Baldacchino, flimkien mal-familja ta’ Sammy Borg filwaqt li mart il-mibki Silvio Anastasi, Melissa, kienet preżenti għall-kompetizzjoni. Din kienet it-tieni edizzjoni ta’ dan it-tournament.