Futbol Sport

Posposta t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani għas-sena 2022

(Ritratt: EPA)

It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani li kienet skedata għal Jannar li ġej fil-Kamerun, ġiet skedata għas-sena 2022. Il-pandemija tal-coronavirus waqqfet il-futbol internazzjonali u b’hekk ħalliet ftit żmien biex jispiċċaw il-fażi ta’ kwalifikazzjoni.

Il-kompetizzjoni kellha tibda mid-9 ta’ Jannar sas-6 ta’ Frar iżda issa se ssir f’Jannar tal-2022. Id-dati uffiċjali għadhom iridu jkunu uffiċjali, bil-Konfederazzjoni toħroġ stqarrija wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv.

Id-deċiżjoni tfisser li l-klabbs fl-Ewropa mhux se jkollhom għalfejn iħallu l-plejers Afrikani biex jilagħbu mat-tim nazzjonali. F’deċiżjoni separata, il-CAF ikkanċellat il-kompetizzjoni tan-nisa u minflok se tniedi ċ-Champions League tan-nisa fl-2021.