Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fl-Imġarr

Raġel mill-Imġarr spiċċa jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ ftit wara t-15.00pm fi Triq l-Imġarr, l-Imġarr meta seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Peugeot misjuqa mill-vittma ta’ 70 sena u BMW misjuqa minn mara ta’ 39 sena minn Ħal Għargħur.

Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku li ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.