Futbol Sport

Sane se jingħaqad ma’ Bayern Munich

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich laħqu ftehim ma’ Manchester City biex jakkwistaw lil Leroy Sane għal somma totali ta’ €60 miljun, bil-Ġermaniż mistenni jiffirma kuntratt ta’ ħames snin. Iċ-champions Ġermaniżi se jħallsu €49 miljun, bil-kumplament tal-flus jaslu biex diversi klawsoli relatati mal-prestazzjonijiet tiegħu.

Manchester City se jieħdu 10% ta’ kull profitt li jagħmlu Bayern Munich jekk ma jibqax mal-klabb fil-futur. Il-plejer ta’ 24 sena kien suġġett għal spekulazzjoni wara li t-tim Ingliż kien qata’ qalbu minħabba li naqas isib ftehim mal-plejer għal kuntratt ġdid.

Rapport fil-media internazzjonali qed jgħidu li Sane se jirdoppja s-salarju tiegħu ma’ Bayern Munich hekk kif hu mistenni li se jkollu salarju ta’ madwar €22 miljun fis-sena. Sane ġej minn staġun sfortunat hekk kif weġġa’ fil-Community Shield f’Awwissu li għadda. Hu kien ingħaqad ma’ Manchester City mingħand Schalke fl-2016 għal €40 miljun.