Juventus żammew id-distakk ta’ erba’ punti fuq Lazio wara rebħa ta’ 3-1 fi Stadio Marassi kontra Genoa. Il-Bianconeri splodew fit-tieni taqsima bi tliet gowls mill-isbaħ mit-tliet plejers offensivi tagħhom.
L-ewwel kien PAULO DYBALA li wara 50 minuta għeleb lil Mattia Perin b’azzjoni personali mill-kaxxa fejn dar ma’ diversi plejers qabel skorja b’xutt fil-baxx għar-rokna. CRISTIANO RONALDO rdoppja sitt minuti wara meta avvanza bil-ballun mingħajr ma kien sfidat u b’konklużjoni b’saħħitha għar-rokna ma tax ċans lil Perin.
Dawn iż-żewġ gowls ħasdu lil Genoa iżda DOUGLAS COSTA qata’ kull tama ta’ rimonta għat-tim ta’ Davide Nicola. Il-Brażiljan skorja t-tielet gowl fit-73 minuta bi ġmiel ta’ xutt mibrum minn tarf il-kaxxa, bil-ballun jispiċċa fir-rokna ta’ fuq tax-xibka. Iż-żagħżugħ ANDREA PINAMONTI naqqas id-distakk erba’ minuti wara b’xutt minn pożizzjoni ftit angolata.
//= $special ?>