Internazzjonali

11-il persuna arrestata wara rabtiet mal-Mafja

Il-Carabinieri fi Sqallija arrestaw mal-11-il persuna b’rabtiet mal-Mafja fl-Italja. Kollox qed jindika li dawk arrestati kellhom rabta mal-Grupp Mafjuż La Farinella, u l-arresti seħħew f’San Mauro.

Dawk arrestati ġew akkużati b’rabtiet mal-Mafja, ksur ta’ proprjetà u kif ukoll frodi u serq ta’ numru ta’ prodotti fir-reġjuni ta’ Sqallija, Lombardija u Veneto.

L-istess pulizija fi Sqallija jiem ilu arrestat għaxar suspettati b’rabta mal-Mafja f’San Lorenzo.

L-operazzjoni ngħatat l-isem ta’ ‘Teneo’, u wieħed minn dawk l-għaxra kien Giulio Caporrimo, persuna rinomata ħafna b’rabta mal-Mafja ta’ Sqallija u li kien inħareġ mill-ħabs is-sena l-oħra.