Futbol Sport

Alfred Effiong iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Balzan

(Ritratt: Joseph Galea)

L-eks attakkant internazzjonali Malti Alfred Effiong ġedded l-esperjenza tiegħu ma’ Balzan, il-klabb li ilu miegħu sa mill-2015. Matul l-esperjenza tiegħu, hu rnexxielu jgħaqqad il-100 preżenza tiegħu mal-klabb u niżżel ismu fl-istorja meta fil-finali tal-FA Trophy skorja erba’ gowls u penalty. Fl-aħħar jiem, Effiong kellu bosta offerti minn klabbs oħra iżda reġa’ għażel li jikkometti ruħu ma’ Balzan.

Matul il-karriera tiegħu f’pajjiżna hu lagħab ma’ bosta timijiet fosthom am’ St.Georges u Qormi u lagħab 36 darba mat-tim nazzjonali Malti fejn skorja erba’ gowls.