Iż-żagħżugħ promettenti ta’ Arsenal Bukayo Saka ffirma kuntratt fit-tul ma’ Arsenal. Saka ilu mal-Gunners sa minn meta kellu tmien snin u lagħab f’kull kategorija sa ma’ f’Novembru tal-2018 iddebutta mal-iskwadra ewlenija fejn s’issa lagħab 37 darba.
Hu ddebutta fir-rebħa ta’ 4-1 fuq Fulham fl-età ta’ 17 –il sena u skorja l-ewwel gowl tiegħu fir-rebħa ta’ 3-0 fil-partita mill- Europa League kontra Eintracht Frankfurt. Il-kowċ ta’ Arsenal Mikel Arteta ddeskriva lil Saka bħala plejer inteliġenti u qal li mpressjonah bil-prestazzjonijiet tiegħu minn meta ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim.
//= $special ?>