Coronavirus Ekonomija Kummerċ Lokali Xjenza u Teknoloġija

Edward Scicluna jfarfar ir-responsabbiltà fuq il-bord tal-Enemalta

Il-Ministru tal-Finanzi saħaq li l-Awditur Ġenerali għandu kull dritt jinvestiga

Il-Ministri tal-Gvern qed ikomplu jaħarbu mir-responsabbiltà fuq l-allegat frodi u korruzzjoni fl-iskandlu tal-impjant tat-turbini tar-riħ fil-Montenegro li fih…dejjem skont il-provi ppubblikati mir-Reuters u mit-Times… il-poplu Malti ħallas aktar minn €7 miljun żejda fuq il-valur inizzjali tal-proġett.

Issa anke il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, farfar ir-responsabbiltà u xeħitha fuq il-bord tad-Diretturi tal-Enemalta:

Għandek kumpanija li hija l-Enemalta, li minnha l-Gvern Malti huwa azzjonist ta’ 66% tal-ishma filwaqt li t-33% l-oħra huma tax-Shanghai Electric Power. Nissusspetta li xi ħadd għadda informazzjoni li fuqha dan għamel il-flus. Hemm stejjer kemm trid imma meta ngħid li dan il-każ ma jaqax taħt il-Ministeru tal-Finanzi, mhux qiegħed infarfar. Ma tarax.”

Filwaqt li fl-ebda hin ma kkundanna dan id-deal tal-Montenegro, Scicluna issa qed jghid li anke l-Awditur messu jinvestiga.

L-Awditur Ġenerali għandu kull dritt jeżamina għaliex hija entità li l-Gvern għandu 66% tal-ishma.”

Mistoqsi minn NET News dwar ix-xhieda ta’ Ian Abdilla fl-Inkjesta Pubblika, li fiha ħareġ kif it-Taqsima għar-Reati Ekonomiċi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija raqdet fuq ir-rapporti tal-FIAU, Edward Scicluna ma kienx konxju minn din ix-xhieda iżda qal li l-FIAU issa daħlet fi sqaq.

Intqal xi ntqal, aħna konxji li l-FIAU issa daħlet f’bottleneck.”

U insista li huwa inutli x-xogħol tal-FIAU jekk il-Pulizija ma tressaqx nies il-Qorti fuq każi ta’ korruzzjoni u frodi.

Aħna inutli jkollna kollox f’postu u ma jkunx hemm prosekuzzjonijiet.”

Intant, dwar is-sitwazzjoni ekonomika prezenti, il-Ministru tal-Finanzi qal li ikun hawn kemm ikun hawn attività ekonomika bil-ftuħ tal-ajruport, din se tkun waħda kajmana…. u hu jinsab ċert li l-morsa se tagħfas fuq il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.