Waqt il-quddiesa solenni tal-Festa Liturġika tal-Martirju ta’ San Pawl, l-Arċipriet, il-Kan. Louis Suban, ħabbar li l-Kolleġġjata ta’ San Pawl tar-Rabat ġiet elevata għal Bażilika Minuri.
Dan wara li l-Arċisqof Charles Scicluna kien irċieva d-digriet tal-Papa Franġisku, datat l-4 t’April 2020.
Se jkun l-Arċisqof innifsu li se jaqra d-digriet nhar il-Ħadd 20 ta’ Settembru li ġej fl-istess Bażilika waqt il-funzjoni tal-Konsagrazzjoni tal-Artal Mejda l-ġdid biex l-għada filgħodu, il-Vara Titulari ta’ San Pawl tinħareġ proċessjonalment mat-toroq tar-Rabat.
//= $special ?>