Festi Knisja Kultura Lokali

FILMAT: Il-Kolleġġjata ta’ San Pawl tar-Rabat elevata għal Bażilika Minuri

L-Arċisqof Charles Scicluna innifsu se jaqra d-digriet tal-Papa Franġisku fl-20 ta' Settembru li ġej

Waqt il-quddiesa solenni tal-Festa Liturġika tal-Martirju ta’ San Pawl, l-Arċipriet, il-Kan. Louis Suban, ħabbar li l-Kolleġġjata ta’ San Pawl tar-Rabat ġiet elevata għal Bażilika Minuri.

Dan wara li l-Arċisqof Charles Scicluna kien irċieva d-digriet tal-Papa Franġisku, datat l-4 t’April 2020.

Se jkun l-Arċisqof innifsu li se jaqra d-digriet nhar il-Ħadd 20 ta’ Settembru li ġej fl-istess Bażilika waqt il-funzjoni tal-Konsagrazzjoni tal-Artal Mejda l-ġdid biex l-għada filgħodu, il-Vara Titulari ta’ San Pawl tinħareġ proċessjonalment mat-toroq tar-Rabat.

Ikkummenta