Futbol Sport

Floriana jikkundannaw dak li sejħu bħala “attakk malizzjuż”

Wara li l-klabb ta’ Valletta talbu lill-MFA biex tinvestiga l-ħruġ tal-liċenzja taċ-champions Floriana, Floriana fi stqarrija ddikjaraw li l-allegazzjonijiet li qed isiru fil-konfront tal-klabb huma bla bażi, infondati, mhux korretti, defamatorji u ntiżi biex jiżgwidaw.

Floriana għamluha ċara li huma provdew id-dokumenti kollha neċċessarji f’dan il-proċess tal-bord tal-liċnzji li hu bord immexxi mill-UEFA. Huma kkonfermaw ukoll li għaddew minn proċess ta’ skrutinju u analiżi sakemm inħarġet il-liċnezja li ngħatat fuq bażi ta’ mertu.

Fi tmiem l-istqarrija, Floriana ħabbru li se jkunu qed iżommu lill-klabb ta’ Valletta responsabbli għad-danni li jistgħu jwasslu minħabba l-azzjonijiet tagħhom filwaqt li akkużaw lill-istess Valletta bħala parti minn sejre ta’ attentati biex il-klabb ma jkunx rikonoxxut bħala rebbieħ tal-Kampjonat Premier u rappreżentat fil-UEFA Champions League.