Futbol Sport

Gżira jikkonfermaw għal staġun ieħor lil Nikolai Muscat

Minkejja li fl-aħħar jiem kien hemm bosta tentattivi min numru ta’ klabbs mill-Kampjonat Premier, il-midfielder internazzjonali Malti Nikolai Muscat ġie kkonfermat għal staġun ieħor minn Gżira United bil-President tal-Maroons jikkonferma ma’ Replay fil-jiem li għaddew li l-plejer mhux għall-bejgħ u jinsab fil-pjanijiet tal-klabb. Muscat issieħeb ma’ Gżira mingħand San Ġwann fl-istaġun 2017/18.