Lokali Parlament

Ħadma lill-poplu Malti fuq l-isptarijiet

Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami appella lill-gvern biex iwaqqaf il-ħadma li saret minn Joseph Muscat, Keih Scehmrbi u Konrad Mizzi meta biegħu l-isptarijiet lil Vitals.

Fil-parlament Beppe Fenech Adami qal li l-gevrn biegħ bix-xejn tliet sptarijiet tal-poplu Malti biex il-gvern kien qed jippjana li jixtri sptar pri-fabbrikat; propju għaliex il-poplu kien ħalla lill-poplu b’xejn.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-perċimes wara din il-ħama kontra l-poplu Malti huma Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat. Din il-ħadma swiet lill-poplu €2 biljuni; ħadma li saret minn ħallelin li serqu lill-poplu Malti.

Dawn l-isptarijiet ingħataw lill-kumpanija Vitals, li suppost hemm in-nies warajha. Hu qal li dawn l-isptarijiet ingħataw lil Ram Tumuruli li kien dikjarat bniedem fallut u li persuna li jagħmel dikjarazzjonijiet foloz fis-cv tiegħu fejn kien iddikjara li kellu wellness centres fl-Indija u fl-Afrika t’Isfel iżda minn dan ma kien hemm xejn.

Beppe Fenech Adami kompla li l-poplu Malti ma ħa xejn lura minn dawn il-mijuni u ma kellu ebda esperjenza fil-qasam tal-mediċini u fil-qasam mediku. Dan qatt ma opera kinika jew sptar żgħir.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Ministru Chris Fearne bagħat messaġġ lill-poplu Malti u lill-partitarji Laburisti li l-pajjiż kien ħallas prezz ogħli biżejjed bil-korruzzjoni. Meta sar dan, kien hemm Joseph Muscat u l-klikka tiegħu li ħadmet u tat il-gambetti lil Chris Fearne biex ma jsirx Mexxej Laburista u b’hekk kollox jibqa’ kif kien.

Beppe Fenech Adami semma’ l-patt imxajtan u sostna li l-Prim Ministru Robert Abela għadu ma jistax jinħeles mis-sitwazzjoni. Jekk il-pajjiż jidħol fil-lista l-griża tal-Moneyval ikun ifisser diżastru għall-ekonomija u għall-qasam tas-saħħa wkoll.

Hu awgura lill-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid Angelo Gafa biex jifhem ir-responsabbiltà enomri li jibgħat il-messaġġ li ż-żmien tal-impunità jrid jispiċċa bil-fors. Il-Kummissarju m’għandux jagħmel l-iżball tal-ħames kummissarji li ġew qablu, sostna Fenech Adami, li qal li l-karrieri politiċi ta’ Joseph Muscat, Chris Cardona u Konrad Mizzi spiċċaw u spiċċaw ħażin u għalhekk dawn issa m’għandhom xejn x’jitilfu.

Issa s-sitwazzjoni tħabbket iktar għaliex hawn kirminali li ma jorqdux bil-lejl għaliex qed jaraw xibka dejjem tagħlaq bil-possibbiltà li jinqabdu. Il-poplu jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija biex ma jċedix għal din il-pressjoni għaliex issa saret biżżejjed ħsara lill-pajjiż. Il-Kummissarju m’għandux isib skużi biex ma jieħux passi, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li lanqas Steward ma kienu ‘the real thing‘ għaliex dawn fallew fuq kollox; ħadu l-miljuni u ma taw lura xejn.

Beppe Fenech Adami qal li probabbilment il-ħadma saret minn wara dahar il-Ministru Chris Fearne u sostna li issa l-Ministru Fearne irid jiddeċiedi fuq il-wegħdi li l-istes Steward kienu għamlu fuq il-modernizzar ta’ San Luqa b’investiment ta’ €220 miljun. Huma kienu wiegħdu wkoll il-modernizzar tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżad minn and kollu ma sar xejn. X’qed jistenna l-gvern biex tintemm din il-ħadma?

Fil-kuntratt, Konrad Mizzi rabat lill-pajjiż li jekk il-gvern jittermina l-kuntratt ta’ Vitals iridu jitħallsu €100 miljun; ħadma kontra l-poplu Malti. Jeħtieġ li