Sport Sport Ieħor

Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tħabbar id-data taż-żewġ kampjonati

Waqt laqgħa li seħħet fl-aħħar jiem tal-Kunsill tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, ġie deċiż li ż-żewġ kampjonati għal din is-sena biss isiru fuq tiġrija waħda minflok fuq tlieta bħal ma normalment isir. Dan huwa dejjem suġġett għall-permessi li għadhom iridu jinħarġu.

Skond il-programm, l-unika tiġrija Time Trail se ssir fiċ-ċirkwit tal-Imrieħel nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju b’distanza ta’ tmien dawriet. Dik tar-Road se ssir il-Ħadd 30 ta’ Awwissu fuq iċ-ċirkwit ta’ San Martin b’distanza ta’ seba’ dawriet. Iż-żewġ tiġrijiet jibdaw fis-7.30 am.

Waqt il-laqgħa, ġie deċiż ukoll li bħala għajnuna lil klabbs u assoċjazzjonijiet, dwan mhumiex se jkun mitluba li jħallsu l-affiljazzjoni tagħhom kif ukoll li r-reġistrazzjoni taċ-ċiklisti se tkun awtomatikament imġedda għas-sena d-dieħla mingħajr ħlas.