Sport Sport Ieħor

Jarrell Miller jinnega li ħa sustanzi lleċiti wara li ħareġ pożittiv f’test tad-doping

(Ritratt: talksport.com)

Il-boxer Amerikan, Jarrell Miller ċaħad li kien konxju li ħa xi sustanzi lleċiti wara li ħareġ pożittiv f’test tad-doping b’konsegwenza li kellha titħassar il-ġlieda ta’ aktar tard dan ix-xahar f’Las Vegas.

Miller kien mistenni jiġġieled kontra Jerry Forrest bil-promoturi tal-ġlieda jikkonfermaw li Miller tpoġġa taħt sospensjoni temporanja mill-Kummissjoni Nevada State Athletic.

Miller għandu rekord impressjonanti fejn minn 24 ġlieda ma tilifx waħda. F’kummenti mal-midja internazzjonali, Miller qal li hu jaħseb li t-test kien kontaminat u flimkien mat-tim tiegħu qegħdin jaħdmu biex toħroġ il-verità. Miller b’mod kategoriku ċaħad li ħa xi sustanza lleċita biex itejjeb il-prestazzjonijiet tiegħu iżda ammetta li ġieli ħa xi sustanzi minħabba l-injuries.