Lokali Transport

Jiftaħ l-ajruport u jibdew l-ewwel vjaġġi tal-katamaran

Sa minn kmieni filgħodu, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta reġa’ beda jieħu l-ħajja wara ġimgħat sħaħ magħluq minħabba l-pandemija.

Fost l-ewwel titjiriet li ħallew pajjiżna mill-MIA kien hemm dawk lejn Ruma u Munich. It-titjira ta’ ritorn mill-kapitali Taljana waslet f’pajjiżna għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Dan apparti li filgħodu waslu titjiriet minn Vienna u minn Gdansk.

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6:30am telaq ukoll l-ewwel vjaġġ tal-katamaran tal-Virtu Ferries li ħalla Malta lejn Sqallija bi 300 passiġġier abbord.

Matul il-pandemija l-katamaran baqa’ jaħdem biex ġarr merkanzija essenzjali lejn Malta iżda mill-10 ta’ Marzu sal-bieraħ ma kienx qed iġorr passiġġieri.

Mil-lum f’pajjiżna tintemm uffiċjalment l-Emerġenza ta’ Saħħa Pubblika.