Internazzjonali

Jissoktaw il-protesti f’Hong Kong

F’Hong Hong numru mdaqqas ta’ persuni kienu arrestati wara protesti li komplew jiħraxu f’din il-Belt.

Il-protesti ssoktaw wara li Beijing għadda liġi li jipprojbixxi l-protesti.

Xi ħaġa li spikkat fost id-dimostranti kienet meta persuna ħareġ bandiera għall-indipendenza. B’reazzjoni għal dan intefa’ l-gass tad-dmugħ.

Id-dimostrazzjoni saret biex tfakkar ukoll it-23 sena anniversarju minn meta l-Imperu Ingliż telaq mill-Belt.