Lokali

KONFERMA: F’17 Black għaddew “tranżazzjonijiet oħrajn”

L-iskandlu tal-bank Pilatus għadu mhux magħluq

Fil-Qorti, tliet Imhallfin li ma setghux jemmnu kif il-Pulizija ma għamlet assulutament xejn quddiem l-iskandlu tal-Panama Papers – erba’ snin sħaħ, u hadd ma tressaq il-Qorti. Bil-Gvern jghid li l-istituzzjonijiet qed jahdmu, u t-tmexxija tal-Korp tibqa’ mhux biss ma tinvestigax…izda lanqas biss sejhu ghal appoġġ mill-Europol.

Dan kollu hareg meta fil-Qorti deher Ian Abdilla, l-uffiċjal li kien imexxi s-Sezzjoni ta’ Kontra r-Reati Ekonomiċi fil-Korp tal-Pulizija, illi kien qed jixhed fl-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia.

Ian Abdilla lanqas kien kapaċi jwieġeb għaliex ma nvestigax il-Panama Papers, għaliex ma nvestigax lil Keith Schembri u għaliex ma nvestigax lil Konrad Mizzi.

L-Inkjesta Pubblika qed titmexxa mill-Imħallef irtirat Michael Mallia, l-ex-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro. Filfatt, kienu huma li saqsew lil Ian Abdilla x’wasslu biex ma jagixxi kontra Mizzi u Schembri meta dawn m’humiex persuni kwalunkwe. Bil-Bord icanfru u jghidlu li dan kollu ma jaghmilx sens, u li hu bhala Pulizija messu investiga.

U Ian Abdilla fl-awla ma wiegeb xejn.

Imbghad, kien mistoqsi jekk talabx l-ghajnuna tal-Europol meta faqqa’ l-iskandlu tal-Panama, b’Abdilla jwiegeb fin-negattiv.

Waqt li ghaddejin il-proceduri f’din l-Inkjesta Pubblika, l-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qegħdin jidhru għall familja ta’ Caruana Galizia.

Fil-Qorti, Ian Abdilla ikkonferma li kien ilu jaf minn Marzu tal-2018 li 17 Black hi ta’ Yorgen Fenech. Minkejja dan, jidher li hu qatt ma talab ghal informazzjoni mill-awtoritajiet tal-Montenegro.

Meta kien qed jaghti x-xiehda tieghu, Abdilla qal ukoll li kien hemm diversi tranzazzjonijiet li ghaddew lejn 17 Black, mhux biss il-ħlas tat-turbini tar-rih.

Fatt iehor li gie zvelat kien li Ian Abdilla ried jinterroga lil Yorgen Fenech f’Portomaso, izda twaqqaf mill-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta…illi jiddeskrivih bhala persuna li qatt ma kellu relazzjoni ta’ hbiberija mieghu apparti dik professjonali. “Qas biss qatt ma mort nieħu drink miegħu”, stqarr Abdilla.

F’parti oħra tax-xiehda, intqal li l-Pulizija ghadha qed tinvestiga l-iskandlu tal-Pilatus, u mhux teskludi li jkun hemm talba ghall-estradizzjoni ta’ Ali Sadr.