Lokali Qorti

L-AĠ jwissi lill-Pulizija biex joqgħodu attenti fl-investigazzjonijiet minħabba l-inkwiet li jista’ jinqala’

L-Avukat Ġenerali Peter Grech wissa lill-pulizija biex fl-investigazzjonijiet tal-Panama Papers ‘joqgħodu attenti’  minħabba li dan jista’ joħloq fil-pajjiż. Dan ħareġ fil-Qorti waqt il-proċeduri tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-2017 ta’ Daphne Caruana Galizia, meta kien qed jixhed l-eks kap tar-Reati Ekonomiċi Ian Abdilla.

Ian Abdilla, li tneħħa mill-irwol tiegħu x-xahar li għadda mill-Kummissarju l-ġdid Angelo Gafa, minħabba li kien qed jiġi kkritikat matul il-ħin li qed imexxi s-sezzjoni talli naqas milli jressaq xi nies il-Qorti, fuq allegata kriminalità ta’ persuni f’pożizzjoni għolja.

Waqt l-inkjesta, l-Imħallef Joseph Said Pullicino rrefera għal file tal-Economic Crimes Unit li fih kien hemm parir mill-Avukat Ġenerali Peter Grech fejn staqsa,  “Xi ngħidu dwar il-parir tal-Avukat Ġenerali biex il-każ jiġi meħud b’attenzjoni kbira fir-rigward tal-Panama Papers, għaliex jista’ jkun hemm diffikultajiet għall-pajjiż? Kien għalhekk li ma għamilt xejn? ” l-imħallef staqsa lil Abdilla.

Abdilla wieġeb li ma jistax jiftakat li kien irċieva tali parir. Ippubblikat fl-2016, ir-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers kienu żvelaw li l-eks ministru Konrad Mizzi u l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kellhom kumpaniji sigrieta biex jeħilsu mit-taxxa. Daphne Caruana Galizia kienet żvelat l-aħbar ftit tax-xhur qabel ħareġ l-iskandlu tal-Panama Papers.

Aktar tard ġie żvelat li dawn il-kumpaniji kellhom rabtiet ma’ 17 Black – kumpanija sigrieta f’Dubaj – proprjetà ta’ Yorgen Fenech li minn dakinhar ġie akkużata b’rabta mal-qtil brutali tagħha fl-2017.

Sal-lum l-ebda waħda minn dawk imsemmija fir-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers għadha ma ġiet investigata jew akkużata. Abdilla xehed fil-Qorti li dak iż-żmien il-Pulizija ma kellhiex ir-riżorsi meħtieġa u peress li kellhom anke “każijiet ikbar” li qal qatt ma ħarġu fil-midja.

L-Imħallef Abigail Lofaro staqsiet kif kien possibbli li kwalunkwe nvestigazzjoni oħra tista’ tiżboq il-Panama Papers. Iżda l-Ispettur Abdilla kompla jinsisti billi semma l-każ Portman u l-iskemi tal-pensjoni Żvediżi.

Qal li dawn l-investigazzjonijiet kienu dwar talbiet ta’ frodi ta’ €200 miljun, bi flus li jittieħdu minn Taljani sinjuri lejn il-British Virgin Islanda. Il-każ tal-pensjonijiet Żvediżi kien jikkonċerna frodi ta’ €80 miljun li kien qed jitmexxa minn Malta.

Dan kollu ġie żvelat fid-dawl ta’ talba li kien għamel l-Avukat tal-familja Caruana Galizija f’Jannar li għadda fejn kien talab biex il-Bord ta’ Inkjesta jkollu r-rapporti tal-Pulizija dwar dan il-każ, xi ħaġa li l-Bord talba u kiseb.