Futbol Sport

L-MFA b’għajnuna ta’ €1.4 miljun lill-futbol lokali

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA approva pakkett finanzjarju ta’ €1.4 miljun li MFA se tkun qed tagħti bħala għajnuna għall-futbol lokali bl-għan li jittafew xi ftit il-problemi finanzjarji minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Parti minn dan il-pjan, l-MFA se tkun qed tuża €540,00 mill-FIFA Covid Relief Plan li ġie allokat mill-FIFA lill-assoċjazzjonijiet. It-timijiet li kienu fil-Premier League fl-istaġun li għadda, se jkunu qed jieħdu €15,000 bil-klabbs fid-diviżjonijiet l-oħra u dawk tan-nisa u tal-futsal ukoll se jkunu qed jibbenifikaw.

Il-pjan tal-MFA jinkludi fih ukoll d-dħul li l-klabbs se jagħmlu mill-gate money, ammont ta’ €277,000 għal dawk il-klabbs li jagħtu spazzju biex jilgħabu lill-plejers żagħżagħ, €153,000 għall-amministraturi full-time u part-time. Fi stħarriġ li għamlet l-MFA fix-xhur li għaddew, irriżulta li l-klabbs tal-Premier League tilfu €114,200.