Lokali Parlament

L-Ombudsman jiddikjara li l-gvern qed jimmina d-demokrazija fil-pajjiż

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo sostna fil-parlament li anki l-Ombudsman qed isostni li n-nuqqas ta’ azzjoni biex jinġiebu persuni li aġixxew b’mod skorrett quddiem il-gvern qed jimmina l-istituzzjonjiet demokratiċi tal-pajjiż.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-gwerra kontra l-COVID-19 tkompli għax għad m’hawnx normalità u sostna li l-gvern qed ikun falz fir-relazzjoni tal-gvern man-nies. Hu sostna li l-pajjiż mhux jgħix fin-normalità minħabba dak li qed jirriżulta mix-xhieda fil-qorti. Il-pajjiż qed jerġa’ jgħix kriżi politika li fiha l-ex Prim Ministru Joseph Muscat kellu jirriżenja wara biss sitt snin; liema inċerezza qed iġġib inċertezza ekonomika.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-PL hemm gwerra bejn min irid jevita li jmur il-ħabs u jsalva ġieħu. Hu sostna li ħafna konsumaturi mhux se jkollhom is-saħħa u l-abbiltà li jkollhom fiduċja fil-ġejjieni u fil-preżent.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-pajjiż hawn biża’ ekonomika u politika tant li xi gazzetti qed jirrapportaw dwar elezzjoni bikrija. Hu qal li elezzjoni bikrija ma ssolvi xejn għaliex il-korruzzjoni tibqa’; il-korruzzjoni issa qed teffettwa x-xogħol u lin-negozju.

Edwin Vassallo sostna li l-liġi għandha tiggarantixxi l-aqwa prodotti għall-pazjenti u spjega kif fil-mediċini kien hawn l-ikbar skandli fil-pajjiż. Hu qal I l-ħmieġ joħroġ il-ħmieġ fosthom fil-bejgħ tal-ispartijiet, li twelled mill-ex ministru Konrad Mizzi assistit mill-kabinet kollu tal-gvern inkluż il-Prim Ministru Robert Abela li kien konsulent tal-gvern.

Edwin Vassallo qal l-ispiża tal-gvern fl-isptarjiet issa hi iktar minn qabel waqt li l-kumpanija Vitals ma wettqitx l-obbligi tagħha skont il-kuntratt. Il-gvern ftiehem ukoll ma’ min xtara l-isptarijiet li jtiehom €100 miljun jekk il-kuntratt ifalli. Gvern Nazzjonalista ħalla l-isptar Mater Dei state of the art waqt li gvern Laburista se jħalli skandlu state of the art.

Id-deputat Nazzjonalista qal li anki l-Ombudsman ddikjara fir-rapport tiegħu li kien hemm inabbiltà biex jinġiebu għall-ġustizzja dawk li kellhom jitressqu u li dan qed jimmina l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż. Il-gvern tilef il-kredenzjali demokratiċi tal-pajjiż u m’għandux wiċċ jiffaċċja lill-poplu, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-Ombudsman mhux jingħata rispons għal dak li qed jistaqsi dwaru.

Edwin Vassallo kompla li l-Ombudsman iddikjara li l-Ministeru tas-Saħħa ftit jidher li jrid jibdel il-proċeduri bil-konsegwenza li l-poplu qed ibatu.