Lokali Parlament

Muscat isostni li m’hemm xejn x’juri li hu kien involut f’xi każ

L-ex Prim Ministru Joseph Muscat sostna fil-parlament li ma jirriżulta minn imkien li hu kien involut f’xi każ, inkluż l-aħħar skandlu tal-windfarms fil-Montenegro.

Din id-dikjarazzjoni l-ex Prim Ministru għamilha b’riferenza għad-dikjarazzjoni li d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għamel ftit ilu meta sostna li Joseph Muscat kien sejjaħ elezzjoni bikrija fl-2017 minħabba li kien jaf li se tinqatel Daphne Caruana Galizia.

Joseph Muscat ċaħad ukoll li jirriżulta li hu kien involut f’xi skandlu u sostna li anzi l-inkjesta li saret (dwar Egrant) kienet stabbilit li hu mhux involut.