Futbol Sport

Rebħa kbira għal Arsenal fl-Emirates Stadium

(Ritratt: EPA)

LONDRA- Arsenal kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta fl-Emirates Stadium huma għelbu lit-tim tal-qiegħ Norwich City 4-0. Il-Gunners marru fil-vantaġġ fit-33 minuta meta AUBAMEYANG seraq l-ballun minn saqajn il-gwlkiper ta’ Norwich li minn pożizzjoni angolata tefa’ f’xibka vojta biex b’hekk skorja l-50 gowl tiegħu fil-Premier League. It-tim ta’ Mikel Arteta għamilhom 2-0 fis-37 minuta meta wara cross ta’ Aubameyang kien GRANIT XHAKA li mill-viċin għeleb lil Krul.

AUBAMEYANG reġa’ approfitta minn żball ieħor fid-difiża ta’ Norwich u waħdu mal-gowlkiper ma’ żbaljax biex jagħmilhom 3-0. Arsenal komplew jiddominaw u fil-81 minuta kien CEDRIC SOARES li fid-debutt tiegħu b’xutt minbarra l-kaxxa għamilhom 4-0.

LIVERPOOL– F’Goodison Park, Everton għelbu lil Leicester 2-1. Kien l-attakkant Brażiljan RICHARLISON li tefa’ lit-tim ta’ Carlo Ancelloti fil-vantaġġ wara biss għaxar minuti. Tliet minuti biss wara Everton ingħataw penalty wara li Wilfred Ndidi deher imiss l-ballun b’idu. GLYFI SIGURDSSON minn ħdax –il metru ma żbaljax biex għamilhom 2-0. Sitt minuti minn ftuħ it-tieni taqsima, Leicester naqsu id-distakk permezz ta’ ras ta’ KELECHI IHEANACHO.

BOURNEMOUTH – Bournemouth komplew jissugraw li jiġu relegati meta f’darhom tilfu 4-0 kontra Newcastle. Kien DWIGHT GAYLE li approfitta minn żball fid-difiża ta’ Lerma li waħda mal-gowlkiper ma żbaljax. Newcastle żiedu ieħor man-nofsiegħa logħob meta wara pass ta’ Saint-Maximin, kien SEAN LONGSTAFF li b’konklużjoni preċiża għeleb lil Ramsdale.

Newcastle komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fil-57 minuta kien MIGUEL ALMIRON li skorja t-tielet gowl. It-tim ta’ Steve Bruce żied ir-raba’ gowl fis-77 minuta permezz tas-sostitut VALENTINO LAZARO bl-istess plejer żewġ minuti wara jolqot il-lasta. Bournemouth skorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni fl-94 minuta permezz ta’ DAN GOSLING.