Internazzjonali

Referendum stramb fir-Russja

Referendum li aktar ħa xejra ta’ lotterija ta’ rigali, hekk kif r-Russi bdew jivvutaw ħalli jaraw jagħtux il-poter lill-President tar-Russja biex jibqa’ fit-tmexxija għal żewġ termini oħra.

L-elezzjoni għal din ir-riforma ilha li bdiet, iżda l-postijiet tal-votazzjoni issa nbiddlu f’opportunità li wieħed jieħu voucher u jirbaħ xi xirjiet tal-ikel u prodotti, kif ukoll vetturi u anki appartamenti, bin-naħat rispettivi qed jużaw dan kollu favurihom.

Dan ir-referendum ifisser li jekk ir-Russi jivvutaw favur din ir-riforma, ikunu qed jagħtu lil Vladimir Putin poter sal-2036, dan dejjem jekk ikun elett hu fl-elezzjoni ġenerali li jmiss fl-2024.