Ambjent Lokali

Tfajjel isib nejba ta’ kelb il-baħar estint f’Paradise Bay

Ritratt: Anthony Pule
Jidher li n-nejba hija ta' Charcarocles Megalodon

Waqt li kien qed jgħum bl-isnorkel flimkien ma’ oħtu t-Tnejn li għadda, tfajjel irnexxielu jsib nejba ta’ kelb il-baħar estint f’Paradise Bay (Il-Qala taċ-Ċirkewwa).

Jidher li n-nejba hija ta’ Charcarocles Megalodon, kelb il-baħar li għex bejn 23 u 3.6 miljun sena ilu bejn wieħed u ieħor.

Il-kulur iswed jindika li n-nejba kienet midfuna fit-tafal jew greensand u għalhekk, in-nejba misjuba għandha bejn 10 u 20 miljun sena.

https://www.facebook.com/story.php?story_fbid=2361158850844467&id=100008511248318