Earth Speakr hu xogħol artistiku interattiv ġdid mill-artist Olafur Eliasson, li jamplifika l-fehmiet tat-tfal dwar il-benesseri tal-pjaneta għall-ġejjieni.
Ix-xogħol artistiku jistieden lill-adulti u lil dawk li jieħdu deċiżjonijiet kurrenti, lil dawk li jfasslu l-bidla u lill-mexxejja globali, biex jisimgħu dak li għandhom x’jgħidu t-tfal.
Fl-istess ħin, it-tfal minn madwar il-kontinent huma mistiedna biex flimkien joħolqu xogħol artistiku billi jitkellmu f’isem il-futur tal-pjaneta tagħna.
Earth Speakr juża r-realtà awmentata (augmented reality) u jinkludi app b’xejn, preżentazzjonijiet fiżiċi u websajt interattiva (www.earthspeakr.art) disponibbli fl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-artist Daniż ħoloq dan ix-xogħol artistiku fl-okkażjoni tal-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE) 2020. Dan kien iffinanzjat mill-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż u qed jitwettaq b’kooperazzjoni mal-Goethe-Institut.
//= $special ?>