Lokali

Tfittxija għal immigranti li ħarbu miċ-Ċentru ta’ Ħal Safi

Wara sensiela ta’ ħarbiet miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far, jidher li anke f’Ħal Safi kien hemm numru ta’ immigranti li fl-aħħar 24 siegħa ħarbu miċ-ċentru li jinsabu fih.

Fil-fatt, ilbieraħ bil-lejl kienet għaddejja tfittxija mill-Pulizija għal dawn il-persuni li ħarbu.

Net News hu infurmat li xi residenti ta’ Ħal Kirkop irrappurtaw li sabu nies barranin fil-ġonna privati tagħhom. U mal-ewwel issejħu l-Pulizija, għalkemm it-tfittxija għadha mhix konkluża.