Lokali Qorti

Il-Bord ta’ Inkjesta perpless li ma sar xejn meta s-sid tal-Pilatus inqabad minn NET TV jaħrab bil-bagalji

L-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Ian Abdilla li kien ix-xhud ewlieni fl-inkejsta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia qal li l-Kap ta’ Pilatus Bank Ali Sadr Hasheminejad ma għamel xejn ħażin li ħareġ bil-bagalji minn ħwejjġu.

Fuq dawn il-kummenti il-Bord li qed imexxi l-inkjesta għal diversi drabi deher perpless u ma setax jifhem kif meta dan għal jiem sħaħ kulħadd beda jitkellem fuq il-filmati ta’ NET TV fejn deher Ali Sadr ħiereġ bil-bagalji.

Fuq mistoqsija oħra tal-Imħallef Abigail Lofaro ta’ kif meta Abdilla kien il-Kap tal-Economic Crimes qal li ma kellux għalfejn jibgħat għal Konrad Mizzi u Keith Schembri biex jaqta’ l-kurżità ta’ xi ħadd, l-Imħallef Lofaro hawn b’vuċi soda qalet lil Ian Abdilla, ‘qed nitkellmu fuq persuni li ssemmew mad-dinja kollha” u ma tibgħat għal ħadd?”

L-eks Prim Imħallef Joseph Said Pullicino qal ukoll li ma jistax jifhem kif wara li mad-dinja kollha ħarġu tal-Panama Papers u ma sar xejn. L-Imħallef Lofaro ukoll saħqed ma’ Abdilla fuq l-istess termini, kif ħadd ma ġie mitkellem, b’Said Pullicino jagħmel stqarrija b’saħħitha billi qal, ‘li kieku l-investigazzjoni saret mill-ewwel, kieku huwa ħafna possibbli li Daphne Caruana Galizia għadha ħajja.

Kumment xokkanti li ħareġ minn ħalq Ian Abdilla kien meta ġie mistoqsi dwar min kien ħa d-deċiżjoni biex ma jiġix interrogat Yorgen Fenech fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, tenna li possibilment id-deċiżjoni ttieħdet minn Silvio Valletta.    

Abdilla beda  jispjega x’ġara wara li Ali Sadr telaq minn Malta u l-komklużjoni fuq l-investigazzjoni dwar Egrant. Il-Bord iżda qal lil Abdilla jwieġeb il-mistoqsijiet dwar għaliex il-Pulizija ma intervjenewx biex iwaqqfu lis-sid tal-bank Pilatus milli jitlaq minn Malta.

Ix-xhud beda jgħid li dak li kellu jsir sar fejn  semma’ esperti barranin li nqabdu jannaliżżaw ix-xogħol ta’ Pilatus Bank u tenna mal-bord billi qal li kienet waħda mill-aħjar investigazzjonijiet.

Bil-bord iwieġeb li jsemmi kemm isemmi dawn l-affarijiet mhuwa se jikseb xejn, għax minkejja li kienet “waħda mill-aħjar investigazzjonijiet” ġurnalist spiċċat maqtula.

Abdilla qal li hu ma ħassx li kellu jistaqsi lil Keith Schembri dwar dak li ħareġ fil-Panama Papers. Hawn il-Bord ta’ Inkjesta reġa’ deher perpless – “Kif tista’ ma tinvestigax persuni esposti politikament dwar allegazzjonijiet żvelati fuq livell internazzjonali? Ma għandek l-ebda tweġiba,” qalet Lofaro.

L-Avukat Jason Azzopardi staqsa għaliex il-Pulizija, wara sentejn, għadha qed tinvestiga l-isperġur (xhieda falza) ta’ Karl Ċini. Abdilla qal li l-investigazzjonijiet dalwaqt waslu fi tmiemhom u hemm ċans li m’hemm l-ebda każ ta’ sperġur. Għal darba oħra l-Bord ta’ Inkjesta deher skantat għal din it-tweġiba.

Dwar dak li nvestiga, x-xhud qal li d-Dipartiment ħadem u għadu jaħdem fuq każijiet varji fejn hemm mijiet minnhom. Il-Bord ta’ Inkjesta qal li huwa jinteressah biss każijiet bħal dawk tal-Panama Papers. Abdilla f’dan il-ħin qal li xtaq li jixhed bil-magħluq, xi ħaġa li ma ġietx aċċettata.

Mistoqsi fuq il-Pilatus Bank kif kien baqa’ jopera wara li xxandret fuq il-media u meta huwa kien għadu l-Kap tar-Reati Ekonomiċi huwa qal li ma kien  jaf xejn dwar dan u kienu xid-9.00pm fejn kien ċempillu il-Kummissarju fejn qal li dak inhar ma kien daħal u ħareġ xejn mill-Banr. Tenna li l-Bank kollu kien imdawwar bis-CCTV u hemm filmat tal-mumenti kollha sakemm daħal il-bank u ma jidher xejn.

“Ma jidhirlekx li ħadtu riskju”, staqsa l-Bord – “Ma messkomx intervjnentu mill-ewwel, dak mhux operat kif għandu jaħdem il-Pulizija,” staqsiet l-Imħallef Lofaro.

Abdilla qal li l-bank kien liċenzjat, u l-Kap ta’ Pilatus ma kienx qed jikser il-liġi.  “Ħallejtuh jitlaq bihom?” Abdilla qal li ntmissux – “imma mhux dak l-argument. Ħallejtuh jaħrab”, qaltlu l-Imħallef Lofaro.

Huwa reġa’ qal li dan huwa sid il-bank, u kellu kull dritt jieħu x-xogħol tiegħu d-dar, ma kienx qed jisraq xejn. Dan kien id-Direttur Ġenerali, saħaq Abdilla.

L-eks Prim Imħallef Said Pullicino staqsa kif xejn ma sar iżda, l-ebda reazzjoni. Ix-xhud qal li l-bank baqa’ taħt ‘lock and key’ għal xhur sħaħ u kien qed jiġi nnutat aktar il-quddiem..

L-Imħallef Lofaro qalet, ‘le kien diġa’ telaq’.  Dwar il-filmati li deheru fuq NET TV Abdilla qal li fl-inkjesta EGRANT ħareġ li l-filmat imxandar ma kienx live, u li dan kien ġie muri wara li l-camera person ġibed il-filmati. “Li kieku morna dak il-ħin ma konna nsibu xejn, għax il-filmat deher wara”..

Said Pullicino, staqsa,– “intom qegħdin hemm biex tipprevenu u qed tgħid li ma kellkomx xejn suspetti, b’Abdilla jwieġeb fl-affermattiv.   Dwar ir-rapport tal-FIAU fuq il-Bank Pilatus u kemm il-darba ssemma l-bank fir-rapport, Abdilla qal li l-bank kien issemma ħafna drabi. Abdilla qal li l-ewwel rapport li rċeviet l-FIAU dwar il-Bank Pilatus kien f’Lulju tal-2016 u mbagħad f’Novembru tal-2016.

Abdilla qal li meta l-ismijiet ta’ Keith Schembri u Brian Tonna ssemmew b’rabta mal-Bank Pilatus, il-Pulizija ma ratx li kien hemm xi konnessjoni ma’ attività kriminali u li Konrad Mizzi ma kienx jiċċentra hawn. Tenna li ssemmew diversi persuni fosthom John Dalli.

Ix-xhud kien ippressat ukoll biex iwieġeb mistoqsijiet b’rabta mar-rapporti fejn issemma l-isem ta’ mart l-eks Prim Ministru, Michelle Muscat. Hu qal li ma ġiex ippreparat biex iwieġeb mistoqsijiet relatati.

L-avukat Therese Comodini Cachia staqsiet lil Ian Abdilla x’kienet id-data eżatta meta l-Pulizija ordnat li jingħalaq il-Bank Pilatus. Abdilla qal li d-data kienet l-20 ta’ April tal-2017.

Dwar ir-rapport tal-FIAU fuq il-Bank Pilatus u kemm il-darba ssemma l-bank fir-rapport, Abdilla qal li l-bank kien issemma ħafna drabi. Abdilla qal li l-ewwel rapport li rċeviet l-FIAU dwar il-Bank Pilatus kien f’Lulju tal-2016 u mbagħad f’Novembru tal-2016.

L-Assistent Kummissarju qal li huma ma ħadux azzjoni għax ma jistgħux jieħdu azzjoni kull darba li l-FIAU tagħmel rapport dwar prattiċi illegali. X’passi ħadt fuq Pilatus Banks dak inhar,” staqsa l-Bord..

Qal li fil-11 ta’ Mejju tal-2016, Pilatus Bank għamel stqarrija li sejjħilha lment kriminali għax kienu ħarġu xi dokumenti mill-bank.  Fil-fatt Pilatus Bank għamlu kwerela fejn qalu li nsterqu xi dokumenti mill-bank, iżda tenna li hu ma daħalx fiha għax ikollhom ħafna każijiet simili minn banek oħra.  

Dan reġa’ qal li kien hemm anke John Dalli mdaħħal fil-Pilatus Bank mhux Keith Schembri biss. “Fil-kors tax-xogħol tagħna jkollna ħafna rapporti u meta dak iż-żmien tkellimt mal-Ispetturi ma bdewx jarawli kienet għaddejja xi attività kriminali,” qal ix-xhud.

Qal li kellhom xi nformazzzjoni wkoll li ngħatat loan li tliet Russi u sar ukoll stħarriġ mal-Identity Malta. Meta l-Pilatus qalet li se tieħu passi wara li nħarġet informazzjoni mill-bank Pilatus. Kien hemm investigazzjoni huwa qal.

Huwa kkonferma li bħala sezzjoni minn naħa tar-Reati Ekonomiċi il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia kien sors miftuħ u ta’ nformazzjoni utli.

Abdilla qal li l-ewwel darba li sema’ b’Cifidex kien mir-rapport tal-FIAU dwar 17 Black. Dan kien lura f’Marzu tal-2018. Cifidex hija kumpanija msemmija fl-iskandlu tal-Montenegro.

L-investigazzjonijiet dwar Cifidex bdew jintensifikaw meta Yorgen Fenech kien arrestat is-sena l-oħra, f’Novembru tal-2019. Dwar dan Abdilla qal li sfortunatmanent   l-istituzzjonijiet f’Dubaj mhux qed jikkooperaw fl-investigazzjonijiet.

Ix-xhud qal li l-inkjesta Egrant kienet investigat kull forma ta’ tranżazzjonijiet, iżda f’dak iż-żmien, l-Ażerbajġan kellha FIAU li ma kienx qed jiffunzjona sew u allura ma kienx hemm kooperazzjoni pproduta mill-Ażeri.

Dan xehedu wara mistoqsija li saret mill-avukat Jason Azzopardi, li staqsa dwar il-konnessjonijiet bejn Michelle Muscat u Leyla Aliyeva. L-avukat Therese Comodini Cachia staqsiet meta kienet l-ewwel darba li sar jaf li kien hemm konnessjoni bejn Yorgen Fenech u 17 Black. Abdilla qal li dan seħħ lura f’Marzu tal-2018.

Ix-xhud qal ukoll li hu mhux involut fl-investigazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia imma kkonferma li attenda għal laqgħat dwar l-aġġornamenti fuq l-investigazzjonijiet.

Huwa  kkonferma li l-ECU (Economic Crimes United) saret attivament aktar involuta fl-investigazzjoni dwar l-assassinju f’Awwissu tal-2019 meta bdiet tinvestiga lil Melvin Theuma.

 L-avukat Therese Comodini Cachia staqsiet dwar id-deċiżjoni li ttieħdet mill-Pulizija biex iżżur lil Yorgen Fenech fl-uffiċju tiegħu f’Portomaso bix-xhud iwieġeb li hu qatt ma kellu kuntatt jew li xi darba kkomunika ma’ Fenech u li qatt ma kellmu jew li ċempillu jew bagħatlu xi messaġġi.

Meta għal darba oħra ġie mistoqsi fuq din iż-żjara li seħħet il-Ħadd jew żewġ ti Ħdud wara rapport li sar mit-Times li kienet żvelat li 17 Black kienet ta’ Fenech, Abdilla qal li kien ċempillu Silvio Valletta u kien qallu li Yorgen Fenech ma kienx hemm. Qal li kien iddikskuta ż-żjara ma’ Vella, bħala s-Superjur dirett tiegħu.

L-Avukat Jason Azzopardi staqsa fuq il-posts ta’ Caruana Galizia dwar ix-xiri tas-sit tal-ITS mill-Grupp DB, u anke referenzi li għamlet dwar attivitajiet ta’ kuntrabandu mis-sid tal-kumpanija.

Abdilla wieġeb li dwar il-Grupp DB qatt ma seta’ jaqbad art. Azzopardi jistaqsi jekk il-pulizija ħassitx il-ħtieġa li tinvestiga l-kontenut tar-rapport tal-Awwditur Ġenerali dwar il-ftehim ITS.

Abdilla qal li normalment ir-rapport jispeċifika jekk il-pulizija kellhiex tieħu passi. Sostna li ma jemminx li dan kien il-każ. Tenna wkoll li normalment meta jkun hemm xi ħaġa li fin-natura tagħha ma tkunx amministrattiva, l-awditur dejjem jirreferiha lill-Kummissarju tal-Pulizija.

Jgħid li f’dan il-każ dan ma sarx. Jisħaq li fix-xogħol tiegħu ma jistax isegwi kull rapport. Il-kumplament tax-xhieda ta’ Abdilla kompliet tinstema’ bil-magħluq.

L-inkjesta pubblika hija mmexxija mill-Imħallef irtirat Michael Mallia, l-ex-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro. L-inkjesta hija mmirata biex tara jekk kienx hemm nuqqas min-naħa tal-istat u l-istituzzjonijiet tiegħu dwar jekk il-qtil tal-ġurnalista seta’ jkun evitat.

Ian Abdilla kien imexxi s-sezzjoni fi ħdan ir-reati ekonomika. L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qegħdin jidhru għall familja ta’ Caruana Galizia.

L-inkjesta għaldaqstant tirritorna wara li nhar il-Ġimgħa saret xhieda bil-magħluq minn persuna li mhijiex magħrufa bil-Qorti tagħmel minn kollox biex dan ix-xhud jibqa’ jew tibqa’ mistura għal ġid tal-inkjesta nniffisha.

.