Futbol Sport

Valletta jressqu talba uffiċjali quddiem l-MFA biex jiġu nvestigati allegazzjonijiet dwar il-liċenzja tal-UEFA ta’ Floriana

(Ritratt: vallettafc.net)

Fi stqarrija uffiċjali l-klabb ta’ Valletta qal li talab lill-MFA biex tinvestiga allegazzjonijiet dwar irregolaritajiet  fil-liċnezja maħruġa mill-UEFA lill-istess klabb. Valletta komplew li se jagħtu ċans il-proċess kollu ta’ investigazzjoni jintemm sabiex joħorġu komunikazzjoni oħra dwar dan.

Il-klabb Belti qiegħed jistenna li jekk l-allegazzjonijiet ikunu veritiera, l-MFA kif ukoll l-UEFA jieħdu l-passi neċċessarji fil-konfront ta’ Floriana. L-istqarrija temmet tgħid li Valletta huma lesti li jieħdu l-passi kollha neċċessarji biex ikun hemm rimedju dwar l-allegazzjonijiet.

Aktar kmieni x-xahar li għadda, sitt timijiet mill-Kampjonat Premier kisbu l-liċnezja tal-UEFA għall-istaġun li ġej b’ Valletta u Floriana fost il-klabbs li kisbu l-liċenzja. Fl-istaġun li ġej, Floriana se jkunu qed jikkompetu fil-UEFA Champions League wara li ġew iddikjarati champions, b’Valletta, Hibernians u Sirens jikkwalifikaw għall-UEFA Europa League.