Futbol Sport

West Ham jiksbu tliet punti importanti fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni

(IRitratt: EPA)

LONDRA– Fil-London Stadium, f’waħda mid-derbies ta’ Londra, West Ham kisbu t-tliet punti kontra Chelsea f’ partita li ntemmet 3-2. Kienu West Ham li ħasbu li marru fil-vantaġġ fl-34 minuta meta wara konfużjoni fil-kaxxa kien Tomas Soucek li rnexxielu jitfa’ l-ballun fix-xibka, bir-referee wara konsutlazzjoni mal-VAR jħassar l-gowl wara li Antonio kien f’pożizzjoni ta’ offside meta deher imiss l-ballun. Fl-40 minuta, Chelsea ngħataw penalty meta Diop waqqa’ lil Pulisic fil-kaxxa b’WILLIAN minn ħdax –il metru jitfa’ lil ballun naħa u l-Fabianski n-naħa l-oħra. West Ham ġabu d-draw ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn corner reġa’ kien SOUCEK li għola bir-ras u għeleb lil Kepa bil-gowl din id-darba jkun konvalidat.

It-tim ta’ David Moyes mar fil-vantaġġ fil-51 minuta meta minn cross Bowen kien MICHAIL ANTONIO li mill-viċin tefa’ lill-Hammers 2-1 fil-vantaġġ. Chelsea ġabu d-draw fil-71 minuta bi freekick mill-isbaħ ta’ WILLIAN u b’hekk sar l-ewwel plejer li rnexxielu jiskorja f’kull xahar fl-istorja tal-Premier League. West Ham kisbu t-tliet punti fl-aħħar minuti meta f’kontrattakk tajjeb kien Antonio li sa lil YARMOLENKO li b’konlużjoni b’saħħitha għeleb lil Kepa.

Premier League

Illum: Arsenal v Norwich 4-0, Everton v Leicester 2-1, Bournemouth v Newcastle 1-4, West Ham v Chelsea 3-2,  Għada: Shef. United v Tottenham 7.00pm, Man City v Liverpool 9.15pm