Futbol Sport

Żejtun ikomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej

(Ritratt: Żejtun Corinthians)

Fl-aħħar jiem Żejtun Corinthians komplew isaħħu l-iskwadra b’numru ta’ akkwisti tagħhom għall-ewwel staġun tagħhom fil-Kampjonat Premier.

Huma ħabbru lid-difensur versatili ta’ 20 sena Gianluca Bugeja. Bugeja hu prodott ta’ Rabat Ajax fejn fl-istaġun 2018/19 hu ssieħeb ma’ Birkirkara fejn rebaħ il-kampjonat tal-minors ta’ Sezzjoni A. Hu ddebutta fil-Kamjonat Premier fil-partita kontra Senglea Athletic fl-2019. F’Jannar li għadda hu ssieħeb b’self ma’ Lija Athletic.

It-tim neo-promoss ħabbru wkoll lill-attakkant tta’ 23 sena Jurgen Suda li ffirma kuntratt ta’ sena. Dan wara li l-istaġun li għadda hu kien magħhom b’self mingħand Valletta. Fil-passat hu lagħab ukoll għal Żebbuġ Rangers u Senglea Athletic.

Żejtun ikkonfermaw ukoll lill-gowlkiper ta’ 23 sena Andrea Camilleri li ġedded il-kuntratt tiegħu wara li ssieħeb b’self magħhom l-istaġun li għadda. Fil-passat Camilleri lagħab ukoll għal San Ġwann u Ħamrun Spartans.

Gilmore Azzopardi wkoll ġedded l-kuntratt tiegħu ma’ Żejtun biex b’hekk se jkun it-tielet staġun tiegħu mal-Corinthians. Azzopardi għandu esperjenza fil-Kampjonat Premier fejn lagħab ma’ Qormi.