Inter ħabbru l-ewwel akkwist tagħhom għall-istaġun li ġej f’dik li hi konferma li ħarġet fl-aħħar jiem. Achraf Hakimi se jibda esperjenza ġdida fl-Italja wara żewġ staġuni b’self ma’ Borussia Dortmund. Il-plejer kien proprjetà ta’ Real Madrid, b’Inter jilħqu ftehim fuq somma ta’ €40 miljun. Il-Marokkin iffirma kuntratt ta’ ħames snin b’salarju ta’ €5 miljuni.
Minkejja li hu difensur laterali, Hakimi fl-istaġun li għadda skorja disa’ gowls u kellu 10 assists. Hakimi saħansitra skorja doppjetta f’Novembru li għadda kontra l-istess Inter fil-UEFA Champions League. Hu għamel l-eżami mediku t-Tlieta li għadda.
//= $special ?>