Lokali Qorti

Akkużat li spara fuq il-karozza tal-eks raġel tas-sieħba tiegħu

Raġel ġie akkużat li fit-30 ta’ Ġunju għadda f’Ħad-Dingli spara b’senter fuq il-karozza tal-eks raġel tas-sieħba tiegħu. Huwa baqa’ miżmum taħt arrest preventiv, bil-qorti tgħid li ma setgħetx tifhem kif parti oħra fil-każ ma tressqitx ukoll.

Joseph Cardona ta’ 29 sena mis-Siġġiewi, li huwa xufier tat-trakkijiet ġie mixli quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello b’attentat ta’ ferita gravi fil-konfront ta’ Simon u Raymond Azzopardi u t-tfal..

Cardona ġie akkużat ukoll li kkawża biża’ bi vjolenza fuq diversi persuni, li kkawża ħsara, li nsulenta u hedded, li ġarr arma tan-nar fil-pubbliku mingħajr liċenzja, li spara b’arma f’żona abitata, li kiser il-kundizzjonijiet tal-liċenzja dwar l-armi u li ġarr arma tan-nar waqt il-kummissjoni tar-reat.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi permezz tal-avukat tiegħu, Joe Giglio. L-Ispettur Stacy Attard qal fil-Qorti li fit-30 ta’ Ġunju, l-pulizija kienu ġew infurmati li kienu sparata tiri ‘Ħad-Dingli, fl-inħawi li jgħidulu tal-Kalkara.

Il-Pulizija li waslu fuq il-post kienu sabu lil Simon u Raymond Azzopardi ma’ żewġt itfal ta’ 12 u 14-il sena rispettivament. Huma qalu lill-Pulizija li kienu se jmorru lura lejn il-farmhouse tagħhom meta raw lil Angie Azzopardi, l-ex-sieħba ta’ Raymond u ħabiba tal-akkużat.

Hija kienet daqqet il-ħorn u f’dak il-mument, ġie sparat tir minn fuq id-direzzjoni tal-karozza l-oħra. Mal-wasla fuq il-post, il-pulizija sabu senter fil-pussess ta’ Cardona.

Il-qorti ġibdet l-attenzjoni tal-uffiċjal tal-prosekuzzjoni dwar iċ-ċirkostanzi u osservat li ma setgħetx tifhem kif il-persuna l-oħra, – Raymond, involut f’dan l-inċident għadha ma ġiex arrestat, minkejja li seta’ kien involut f’ reati li jistħoqqilhom l-arrest, jiġifieri dwar ħtif ta’ minuri, u li ma tagħax kas tal-ordnijiet tal-qorti fuq it-tfal.

Giglio spjega li Cardona kien f’relazzjoni fit-tul mal-ex mara ta Raymond Azzopardi. Iż-żewġt itfal huma miż-żwieġ preċedenti. Kull meta l-mara tmur biex tiġbor it-tfal, Raymond jagħmilha diffiċli jew impossibbli li t-tfal jiġu rritornati fil-ħin speċifikat fid-digrieti tal-aċċess.

Huwa qal li l-għajnuna tal-pulizija kienet dejjem mitluba f’dawn is-sitwazzjonijiet. “Din id-darba kienet waħda mill-okkażjonijiet fejn il-pulizija qalulha li “ma nistgħu nagħmlu xejn ” kompla Giglio, li spjega li l-mara ripetutament tipprova għalxejn tikkuntattja lil uliedha.

“Għandek omm li ilha tipprova biex tieħu l-kustodja ta’ wliedha minkejja id-digrieti tal-qorti.” Żied jgħid ukoll li t-tfal ilhom nieqsa mis-Sibt. Sadanittant sitt ijiem wara, hija ġiet infurmata li l-aħwa Azzopardi kienu qed joqogħdu f’razzett fil-qrib.

“Huwa allegat l-isparatura ġiet sparata minn Cardona, li huwa mifhum li jqatta’ ġranet  jipprova jsib it-tfal u li ġie akkużat li jipprova jweġġaħhom billi spara fuq il-karozza,” qal Giglio.

Il-karozza lanqas ma kienet mibruxa u Raymond u Simon Azzopardi bl-istess mod ma weġġux, irrimarka l-avukat”. L-Avukat Giglio talab ukoll il-ħelsien mill-arrest tal-akkużat u appella lill-qorti biex issib it-tfal.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest, u rrimarkat li ma setgħetx twarrab ir-riskju ta ‘interferenza ma’ xhieda u provi f’dan l-istadju.

Madankollu, ħeġġet biex il-każ biex jibda mill-aktar fis possibbli u l-prosekuzzjoni tressaq ix-xhieda ċivili kollha fis-seduta li jmiss. L-avukati Joe Giglio u Roberta Bonello deheru għall-akkużat. Filwaqt li l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri kienu parte civile fil-każ.