Atalanta komplew jersqu viċin li jassiguraw posthom mal-ewwel erbgħa. F’darhom għelbu lil Napoli 2-0 biex fetħu vantaġġ momentarju ta’ 11-il punt fuq Roma b’logħba aktar. Għal Napoli din it-telfa ttemm kull tama żgħira li kellhom biex jiksbu post fil-UEFA Champions League staġun ieħor.
Il-Bergamasci fetħu l-iskor fis-47 minuta bi kross mil-lemin ta’ Alejandro Gomez isib lil MARIO PASALIC li kompletament waħdu ma kellux diffikultà biex jegħleb lis-sostitut Alex Meret b’daqqa ta’ ras. Tmien minuti wara wasal it-tieni b’Rafael Toli jiżmarka lil ROBIN GOSENS li skorja b’xutt djagonali mill-kaxxa l-kbira.
//= $special ?>