Ekonomija Kummerċ Lokali

F’sena l-qgħad f’Malta żdied b’2,000 persuna

Fl-aħħar 12-il xahar, il-qgħad f’Malta żdied b’2,000 persuna.

Rapport maħruġ mill-Eurostat ikkonferma li f’Mejju li għadda, il-persuni qegħda f’pajjiżna kienu jammontaw għal aktar minn 11,000 – ċifri li jikkonfermaw dak li ppubblika l-NSO din il-ġimgħa stess.

Meta ċ-ċifri jiġu mqabbla mal-istess perjodu tal-2019 l-ammont ta’ persuni bla xogħol żdiedu b’2,000 persuna, bir-rata ta’ qgħad f’Malta tkun dik ta’ 4.2%.

L-inqas rata ta’ qgħad fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea ġiet irreġistrata fir-Repubblika Ċeka bi 2.4% filwaqt li l-għola ġiet irreġistrata fi Franza b’14.5%.