Aktar inkwiet għall-Federazzjoni Russa tal-atletika wara li naqset li tħallas il-multa ta’ kważi €4.5 miljuni sal-1 ta’ Lulju li kienet dovuta lill-World Athletics. Dan in-nuqqas kompla jitfa’ f’dubju, iċ-ċans tal-atleti Russi tat-track and field li jikkompetu fix-xena internazzjonali bħala newtrali.
L-assoċjazzjoni dinjija tal-atletika, kienet immultat lill-Federazzjoni Russa kważi €9 miljuni talli kisret ir-regoli kontra d-doping. F’dak iż-żmien, l-atleti Russi setgħu jitħarrġu bħala newtrali. Iżda din id-deċiżjoni kienet se tkun sospiża jekk il-Federazzjoni Russa ma tħallasx nofs il-multa sal-1 ta’ Lulju.
Il-Federazzjoni Russa kkonfermat li l-multa ma kinitx tħallset, ġurnata wara li l-President stqarr li l-Federazzjoni ma kelliex biżżejjed fondi biex tagħmel dan. Il-Federazzjoni Russa ġiet sospiża fl-2015 wara rapport ikkummissjonat mill-Aġenzija Dinjija kontra d-doping, minħabba evidenza ta’ doping f’diversi atleti tal-pajjiż.
Ir-Russja tinsab ukoll fil-proċess li tappella s-sospensjoni ta’ erba’ snin milli l-atleti jikkompetu f’avvenimenti sportivi maġġuri f’isem il-pajjiż. Il-każ se jinstema’ f’Novembru fil-Qort tal-Arbitraġġ tal-Isport.
//= $special ?>