Lokali

Implimentati proposti tal-PN favur il-passiġġieri

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tilqa’ b’sodisfazzjon l-miżuri li ddaħħlu mill-Malta Public Trasport sabiex fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, tiġi assigurata s-sigurtà tal-ħaddiema u tal-passiġġiera filwaqt li jinżamm l-ogħla livell possibli ta’ effiċjenza fis-servizz.

Fi stqarrija iffirmata mill-Kelliem għat-Trasport Toni Bezzina, ix-xhur li għaddew l-PN kien minn tal-ewwel li wara li ltaqa’ mal-istakeholders kollha, fassal għadd ta’ proposti għat-trasport pubbliku waqt l-imxija tal-virus. Fost l-oħrajn, kien ġie propost li l-ħlas isir biss b’Tallinja Card sabiex jiġi minimizzat l-kuntatt fiżiku u li tintlibes maskla kemm mix-xufier kif ukoll mill-passiġġiera. Il-PN kien talab ukoll li minħabba t-temperaturi eċċessivi li jkun hemm fil-karozzi tal-linja matul ix-xhur tas-sajf, l-arja kkundizzjonata tinżamm mixgħula għax ikun impossibli għall-ħaddiema joperaw f’kundizzjonijiet ta’ din ix-xorta. Il-PN jinnota bi pjaċir li dan issa twettaq wara li l-Gvern irtira l-miżura preċendenti.

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jħeġġeġ għal aktar prekawzjonijiet fir-rigward tat-trasport pubbliku sabiex nassiguraw s-serħan il-moħħ tal-ħaddiema u l-passiġġiera tagħna.