Lokali

“Irridu nilħqu aktar tfajliet, u nsalvaw aktar ħajjiet”

Dar Tgħanniqa t’Omm, residenza fil-qalba tal-Mosta, u li nfetħet bil-għan li tagħti sostenn lil tfajliet u nisa tqal, issa qed tipprova tagħmel il-pass li jmiss,u qed tipprova li sservi wkoll ta’ post fejn dawn l-ommijiet jiksbu l-għodda biex jgħixu ħajja indipendenti.

Din id-dar infetħet bil-għan li ssalva l-ħajjiet ta’ trabi li ommijiethom kienu qed jikkunsidraw li jagħmlu abort. Ommijiet li jkunu għaddejjin minn żmien iebest u li jkollhom bżonn is-sapport.

Ix-xewqa ta’ dawk li jmexxu din id-Dar,li taħdem b’ħafna volontiera,hi li jkunu jistgħu jintlaħqu aktar ommijiet, u li jkunu salvati aktar ħajjiet.

Dar Tgħanniqa t’Omm iffirmat ftehim ta’ għajnuna mal-Ministeru tal-Familja li permezz tiegħu se jingħataw l-assistenza ta’ żewġ carers għal mar-residenti tad-dar.

Id-dar li ilha mwaqqfa ftit tax-xhur sa issa għenet 24 omm u rat it-twelid ta’ erbat itrabi, b’disgħa oħra li se jitwieldu fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.