Lokali

Iż-Żgħażagħ Ġawhrin b’kejk ta’ ringrazzjament lill-istaff mediku

Membri tal-Kumitat Żgħażagħ Ġawhrin, ta’ San Pawl il-Baħar, żaru l-Isptar Mater Dei u ppreżentaw kejk ta’ ringrazzjament lill-istaff mediku kollu għall-ħidma tiegħu.

Fuq Facebook, il-Kumitat qal li dejjem apprezza u ħaddan prinċipji ta’ impenn u dedikazzjoni. Għaldaqstant, il-membri tal-Kumitat għamlu dan il-ġest b’ringrazzjament għall-istaff mediku kollu għax-xogħol li jwettqu, partikolarment fl-isfida kontra l-Coronavirus.